Friday, April 6, 2012

Prosit Pro Tridentina (Malta)

Nixtieq nifraħ lil Pro Tridentina (Malta) tal-ħidma mwettqa fl-aħħar ġimgħat. Jalla li t-tibdil konkret li sar u l-Quddies bil-Forma Straordinarja organizzat iħalli l-frott u b'hekk il-motu proprio Summorum Pontificum ikun implimentat f'Malta f'kull sens. 

Ninsab konvint li t-tim il-ġdid, b'taħlita ta' nies b'esperjenza u l-ġodda bil-ħeġġa tagħhom, se jmexxi 'l quddiem l-għanijiet li għalihom twaqqfet Pro Tridentina (Malta).

Nittama li fil-futur inkun infurmat minn qabel sabiex, fejn ikun possibbli, nattendi.


Godwin Xuereb