Tuesday, July 24, 2012

Membri Ġodda fil-FIUV


http://uvcarmel.files.wordpress.com/2009/10/benedict-xvi.jpg?w=468&h=606
Papa Benedittu XVI - fehem ix-xewqa ta' ħafna Kattoliċi 

3 Membri ġodda fil-FIUV: Una Voce Costa Rica, Una Voce Puerto Rico u Latin Mass Society of Canada. Mill-2007, minn wara Summorum Pontificum, huma 15-il assoċċjazzjoni - fosthom Pro Tridentina (Malta) - li ssieħbu fil-FIUV. Il-lista sħiħa tal-membri minn madwar id-dinja tinsab hawn.



Dan juri kemm mhux minnu dak li jintqal li m'hawnx interess fit-tradizzjoni liturġika millenarja tal-Knisja Kattolika. Anzi ħafna mill-membri l-ġodda huma żgħażagħ. F'Malta l-eta' medja tal-membri hija taħt l-40 sena - jiġifieri iżgħar minn kemm ilha li saret ir-riforma li minnha ħarġet in-Novus Ordo Missae.