Showing posts with label Franġisku. Show all posts
Showing posts with label Franġisku. Show all posts

Tuesday, May 24, 2016

Il-Knisja fi kliem Dun Rene' Camilleri

http://www.independent.com.mt/file.aspx?f=93020
 Indikazzjoni ta' ħsieb modernista li għadu jagħmel ħsara fil-Knisja f'Malta. Dan il-ħsieb deher ċar fl-attakk riċenti li sar fuq l-Arċisqof Scicluna mill-istess individwu. Fost l-oħrajn, qal hekk: 

“Dawn, jiddispjaċini ngħid, qed isibu r-riħ fil-qala b'din it-tip ta' Knisja antikwata li lkoll konna ħsibna li mietet. Għadu kemm kellna numru ta’ qassisin żgħar ħafna li saru kanonċi. Dawn huma affarijiet barra minn żmienhom għalkollox u l-Arċisqof ma jistax jippromovi din it-tip ta' Knisja. Ngħid 'ma jistax' mhux għax jien għandi xi dritt nindaħallu kif imexxi, imma għaliex ir-responsabbiltà tiegħu lejn il-Knisja u lejn dan il-pajjiż żgur titlob prijoritajiet oħra.”
 “Pjuttost bħalissa rridu nxammru biex nissettjaw prijoritajiet pastorali li l-Knisja jagħmluha iktar dik li qed joħlom Franġisku.” 
“Ma niflaħx iżjed nara Knisja li fiha qisni kkundannat biex inkun dejjem fl-oppożizzjoni. Dan mhux qed ngħidu għalija biss. Meta sena ilu saret il-kritika li saret għan-nuqqas ta’ tmexxija li kellna fil-Knisja, żgur li ħlomna u xtaqna xi ħaġa differenti. Għadni qed nistenna biex niddeċiedi morniex għall-aħjar, għax s'issa mhemm l-ebda sinjal."
Interessanti r-risposta li ngħata mill-Kappillan ta' Kristu Re, Paola li tidher hawn:

 

 

Saturday, October 12, 2013

Aktar Għaqdiet jissieħbu fil-FIUV

Il-Federazzjoni Internazzjonali Una Voce (FIUV) għadha kemm ħabbret li 2 għaqdiet oħra ssieħbu magħha. Dawn huma:
  • Una Voce Latvija (Latvja);
  • The Society for the Promotion of Traditional Mass Benedictus (Kroazja).

Mill-2007, minn wara l-motu proprio Summorum Pontificum, huma 17 l-għaqdiet - fosthom Pro Tridentina (Malta) - li ssieħbu fil-FIUV. Il-lista sħiħa tal-membri minn madwar id-dinja tinsab hawn.

Papa Franġisku

Dan juri kemm mhux minnu dak li qed jintqal li m'hawnx interess fit-tradizzjoni liturġika millenarja tal-Knisja Kattolika. Anzi ħafna mill-membri l-ġodda huma żgħażagħ. Anki taħt il-pontifikat ta' Papa Franġisku l-interess liturġiku fir-Rit Tridentin qed ikompli jiżdied. Eżempji huma:

  • il-Quddies bil-Forma Straordinarja li sar fil-Brażil matul il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ;
  • l-attivitajiet li ser isiru f'Ruma mill-FIUV u s-CISP fil-ġimgħat li ġejjin.