O Alla omnipotenti u ħniena, li għall-benefiċċju u l-kumdità tagħna għandna Qaddis fil-Knisja, l-għażiż San Filippu Neri, u b'mod għamiltu l-Appostlu ta' Ruma, il-mudell tas-saċerdoti, is-sid u l-kaptan taż-żgħażagħ, ilqa' t-talb li ngħaddu lilek, spiritwalment magħquda miegħu u agħtina l-grazzja, permezz tal-interċessjoni tiegħu u l-merti ta' Sidna Ġesù, biex nimitaw il-purità tiegħu, il-karità tiegħu, il-glorja qaddisa tiegħu f'kull ħidma tajba, id-devozzjoni tiegħu għas-SS. Verġni, biex aħna ukoll nkunu nistgħu jistħoqqilna ngawdu miegħu u mal-qaddisin kollha l-glorja fil-patrija mbierka tal-ġenna. Amen.
For the promotion and dissemination of the Extraordinary Form of the Mass in the Archdiocese of Malta and the Diocese of Gozo, as endorsed by the motu proprio Summorum Pontificum promulgated by Pope Benedict XVI (2007) and in the Instruction Universae Ecclesiae (2011). We adhere to the traditional Catholic motto: We are what you once were. We believe what you once believed. We worship as you once worshipped. If you were right then, we are right now. If we are wrong now, you were wrong then.
Showing posts with label San Filippu Neri. Show all posts
Showing posts with label San Filippu Neri. Show all posts
Tuesday, May 28, 2019
Monday, November 4, 2013
San Karlu Borromeo - Patrun ta' Pro Tridentina (Malta)
| San Karlu Borromeo jqarben. |
Wara li aktar kmieni din is-sena konna tkellimna fuq wieħed miż-żewġ qaddisin
patruni ta' Pro Tridentina (Malta), jiġifieri San Filippu Neri, illum imissna nitkellmu fuq San Karlu Borromeo. Il-festa
liturġika ta' Borromeo tiġi ċċelebrata f'dan il-jum (kemm fil-Forma
Ordinarja u dik Straordinarja). Ħajtu fil-qosor:
SAN KARLU BORROMEO, Isqof u Konfessur li twieled f'Aron,
l-Italja, fit-2 ta' Ottubru, 1538. Iben il-Konti Gilbert Borromeo u Margerita
Medici. Ħa l-edukazzjoni tiegħu għand il-Benedittini. Fl-1559, zijuh, ħu ommu,
ġie elett Papa li ħa l-isem ta' Piju IV. Is-sena ta' wara dan il-Papa ħatar lil
Karlu Segretarju tal-Istat u għamlu Kardinal u amministratur tas-sede ta' Milan.
Fost ix-xogħol li wettaq insibu l-għajnuna kbira li ta lill-Papa jlaqqa'
l-Konċilju ta' Trento fl-1562, li kien ilu sospiż għaxar snin. Karlu kellu sehem
kbir fit-tfassil tad-dokumenti tal-Konċilju. Fl-1563 ġie kkonsagrat Isqof ta'
Milan. Huwa ħadem ħafna biex irriforma l-Knisja, waqqaf seminarji, kif ukoll
il-Konfraternita' tad-Duttrina Kristjana għat-tagħlim tat-tfal u nkoraġġixxa
lill-Ġiżwiti biex ikabbru l-ħidma tagħhom f'Milan. Ta' sehem sħiħ biex iġġieled
lill-protestaniżmu u bosta Kattoliċi reġgħu lura fi ħdan il-Knisja wara li kienu
telquha. Miet f'Milan fl-4 ta' Novembru 1584. Ġie ddikjarat qaddis fl-1610.
Sunday, May 26, 2013
San Filippu Neri - Patrun ta' Pro Tridentina (Malta)
| San Filippu Neri jgħallem liż-żgħażagħ. |
Wieħed mill-qaddisin patruni ta' Pro Tridentina (Malta) huwa San Filippu Neri, li l-festa liturġika tiegħu ġeneralment tiġi ċċelebrata f'dan il-jum (kemm fil-Forma Ordinarja u dik Straordinarja). Ħajtu fil-qosor (meħuda mis-sit Ċak Malta:
Huwa
wieħed mill-aktar qaddisin li jiġbdu simpatija.
Għalkemm
twieled
Firenze fl-1515, iżda aktar hu marbut mal-Belt Eterna. Kien bniedem
imħeġġeġ
bl-imħabba ta’ Alla li wrieha fl-imħabba lejn għajru. Għalhekk
waqqaf għaqda
biex il-membri tagħha jgħinu u jieħdu ħsieb il-morda foqra. Meta
fl-1551 f’Ruma sar qassis ingħata għall-ħidma fost it-tfal u ż-żgħażagħ u
beda
l-opra ta’ l-Oratorju għat-taħriġ fit-tagħlim u fil-kant.
Għal dan
il-għan waqqaf il-kongregazzjoni ta’ l-Oratorjani. Fost ħwejjeġ oħra
fl-oratorju lit-tfal kien jgħallimhom siltiet mill-Vanġelu u
jimmużikahomlhom biex ikantawhom. Minn dan tnisslet l-idea ta’ l-Oratorio
– ġeneru mużikali li mbagħad żviluppawh kompożituri kbar bħal
Mendelssohn, Hendel, Bach u oħrajn.
Sunday, June 27, 2010
San Filippu Neri u San Karlu Borromeo - Patruni ta' Pro Tridentina (Malta)
Subscribe to:
Posts (Atom)

