Showing posts with label Rit Tridentin. Show all posts
Showing posts with label Rit Tridentin. Show all posts

Saturday, October 12, 2013

Aktar Għaqdiet jissieħbu fil-FIUV

Il-Federazzjoni Internazzjonali Una Voce (FIUV) għadha kemm ħabbret li 2 għaqdiet oħra ssieħbu magħha. Dawn huma:
  • Una Voce Latvija (Latvja);
  • The Society for the Promotion of Traditional Mass Benedictus (Kroazja).

Mill-2007, minn wara l-motu proprio Summorum Pontificum, huma 17 l-għaqdiet - fosthom Pro Tridentina (Malta) - li ssieħbu fil-FIUV. Il-lista sħiħa tal-membri minn madwar id-dinja tinsab hawn.

Papa Franġisku

Dan juri kemm mhux minnu dak li qed jintqal li m'hawnx interess fit-tradizzjoni liturġika millenarja tal-Knisja Kattolika. Anzi ħafna mill-membri l-ġodda huma żgħażagħ. Anki taħt il-pontifikat ta' Papa Franġisku l-interess liturġiku fir-Rit Tridentin qed ikompli jiżdied. Eżempji huma:

  • il-Quddies bil-Forma Straordinarja li sar fil-Brażil matul il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ;
  • l-attivitajiet li ser isiru f'Ruma mill-FIUV u s-CISP fil-ġimgħat li ġejjin.



 






    Thursday, June 28, 2012

    50 Sena mill-Missal Ruman tal-Beatu Ġwanni XXIII



    Id-Digriet mis-Sagra Kongregazzjoni tar-Riti li bih twaqqaf il-Missale Romanum (Edizzjoni 1962) ġie promulgat fit-23 ta' Ġunju 1962, jiġifieri l-ġimgħa li għaddiet għalaq 50 sena. 


    Il-Missal hekk magħruf ta' Ġwanni XXIII intuża matul il-Konċilju Vatikan II.

    Din hija l-edizzjoni tal-Missale Romanum li tintuża mill-Kattoliċi tradizzjonalisti madwar id-dinja kollha li huma f'għaqda ma' Ruma u li l-Papa Benedittu XVI talab permezz tal-motu proprio Summorum Pontificum sabiex tkun faċilitata ċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa Tridentina.

    Jalla l-użu ta' dan il-Missal ikompli jinfirex f'dawn il-gżejjer. Nafu kemm l-Arċisqof Pawlu Cremona huwa devot ta' dan il-Papa u dan ikun tassew mod sabiħ ta' kif jibqa' mfakkar il-Papa Buono. 
     
    Infatti Mons. Cremona kiseb id-Dottorat fl-1973, wara erba' snin ta' studju fl-Angelicum, l-Universita' Dumnikana f'Ruma, fejn kiteb teżi fuq il-ħsieb tal-Papa Ġwanni XXIII dwar il-kultura tal-paċi.
     
    Fl-Ordinazzjoni tiegħu bħala Isqof, nhar is-26 ta' Jannar 2007, Mons. Cremona kien liebes l-alba tal-Beatu Ġwanni XXIII li rregalalu s-Segretarju tal-Papa, Mons. Loris Capovilla
     

    Saturday, August 28, 2010

    Kontra r-Rit Tridentin?


    http://maltaseminary.org/sem_2008/03_about_us/rector.jpg
    Ir-Rettur tas-Seminarju, Rev. Jimmy Bonnici
    IL-ĠENSILLUM tal-21 ta' Awwissu 2010 kien hemm artiklu inkwetanti. Nikkwotaw:

    "Ir-Rettur tas-Seminarju, Fr Jimmy Bonnici, irrikonoxxa li fost seminaristi Maltin, l-istess bħal f’pajjiżi oħra, jeżisti r-riskju ‘perikoluż’ tal-klerikaliżmu u sostna li kemm il-klerikaliżmu kif ukoll l-antiteżi tiegħu fejn seminaristi “jinħbew wara l-kunċett ta’ tolleranza u jgħixu reliġjon privata” huma ‘inkwetanti’.

    Numru ta’ qarrejja ta’ IL-ĠENSILLUM online fil-ġimgħat li għaddew avviċinaw lil din il-gazzetta diġitali dwar elementi ta’ ‘neo-klerikaliżmu’ fost saċerdoti ordnati dan l-aħħar, kemm fl-ilbies tagħhom kif ukoll fil-mod kif iċċelebraw il-Prima Messa tagħhom."

    Ir-reazzjoni ta' Pro Tridentina (Malta) ġiet ippublikata ġimgħa wara.
     

    28 ta'Awwissu 2010

    Sur Editur,

    Nagħmel riferenza għall-artiklu “Ir-riskju ta' klerikaliżmu hu perikoluż” li deher fuq IL-ĠENSILLUM online tal-21 ta' Awwissu 2010. Personalment, hawn Malta nattendi l-quddiesa kemm bir-Rit skond il-Missal ta' Pawlu VI kif ukoll bir-Rit Tridentin minn saċerdoti li jqaddsu biż-żewġ forom. Ħassibni ħafna l-fatt li r-Rettur tas-Seminarju ta x'jifhem li huwa kontra r-Rit Tridentin. Tajjeb niftakru li:

    "Ma hemm ebda kontradizzjoni bejn l-edizzjoni u l-oħra tal-Missal Ruman. Fil-ġrajja tal-Liturġija hemm tkabbir u progress, imma ebda qtugħ. Dak li għall-ġenerazzjonijiet ta’ qabel kien qaddis, jibqa’ qaddis u kbir anki għalina, u ma jistax f’daqqa waħda jkun għal kollox ipprojbit, jew saħansitra magħdud bħala ta’ ħsara. Ikun ta’ ġid għalina lkoll li nippreservaw ir-rikkezzi li xxettlu fil-fidi u fit-talb tal-Knisja, u li nagħtuhom il-post li jixirqilhom. Tabilħaqq, biex jgħixu għaqda sħiħa, anki s-saċerdoti tal-komunitajiet li huma marbutin mal-forma l-qadima ma jistgħux, bi prinċipju, jeskludu ċ-ċelebrazzjoni skond il-kotba l-ġodda. L-esklużjoni totali tar-rit il-ġdid ma tkunx għalhekk konsistenti mal-aċċettazzjoni tal-valur u l-qdusija tiegħu."

    Dan il-kliem mhux jien qed ngħidu imma huwa mislut mill-ittra li l-Papa Benedittu XVI, bagħat lill-Isqfijiet madwar id-dinja biex jispjega aħjar ir-raġunijiet li wassluh biex jippromulga l-Motu Proprio Summorum Pontificum.

    Tkun ħasra, għalhekk, jekk f'Malta nidhru li aħna kontra r-Rit Tridentin. Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jidħol fis-sit:


    Il-Fgura
    GODWIN XUEREB