San Filippu Neri jgħallem liż-żgħażagħ. |
Wieħed mill-qaddisin patruni ta' Pro Tridentina (Malta) huwa San Filippu Neri, li l-festa liturġika tiegħu ġeneralment tiġi ċċelebrata f'dan il-jum (kemm fil-Forma Ordinarja u dik Straordinarja). Ħajtu fil-qosor (meħuda mis-sit Ċak Malta:
Huwa
wieħed mill-aktar qaddisin li jiġbdu simpatija.
Għalkemm
twieled
Firenze fl-1515, iżda aktar hu marbut mal-Belt Eterna. Kien bniedem
imħeġġeġ
bl-imħabba ta’ Alla li wrieha fl-imħabba lejn għajru. Għalhekk
waqqaf għaqda
biex il-membri tagħha jgħinu u jieħdu ħsieb il-morda foqra. Meta
fl-1551 f’Ruma sar qassis ingħata għall-ħidma fost it-tfal u ż-żgħażagħ u
beda
l-opra ta’ l-Oratorju għat-taħriġ fit-tagħlim u fil-kant.
Għal dan
il-għan waqqaf il-kongregazzjoni ta’ l-Oratorjani. Fost ħwejjeġ oħra
fl-oratorju lit-tfal kien jgħallimhom siltiet mill-Vanġelu u
jimmużikahomlhom biex ikantawhom. Minn dan tnisslet l-idea ta’ l-Oratorio
– ġeneru mużikali li mbagħad żviluppawh kompożituri kbar bħal
Mendelssohn, Hendel, Bach u oħrajn.
No comments:
Post a Comment