Saturday, October 12, 2013

Aktar Għaqdiet jissieħbu fil-FIUV

Il-Federazzjoni Internazzjonali Una Voce (FIUV) għadha kemm ħabbret li 2 għaqdiet oħra ssieħbu magħha. Dawn huma:
  • Una Voce Latvija (Latvja);
  • The Society for the Promotion of Traditional Mass Benedictus (Kroazja).

Mill-2007, minn wara l-motu proprio Summorum Pontificum, huma 17 l-għaqdiet - fosthom Pro Tridentina (Malta) - li ssieħbu fil-FIUV. Il-lista sħiħa tal-membri minn madwar id-dinja tinsab hawn.

Papa Franġisku

Dan juri kemm mhux minnu dak li qed jintqal li m'hawnx interess fit-tradizzjoni liturġika millenarja tal-Knisja Kattolika. Anzi ħafna mill-membri l-ġodda huma żgħażagħ. Anki taħt il-pontifikat ta' Papa Franġisku l-interess liturġiku fir-Rit Tridentin qed ikompli jiżdied. Eżempji huma:

  • il-Quddies bil-Forma Straordinarja li sar fil-Brażil matul il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ;
  • l-attivitajiet li ser isiru f'Ruma mill-FIUV u s-CISP fil-ġimgħat li ġejjin.