Artiklu dwar Patri Donat Spiteri fejn tispikka l-ħidma tiegħu favur il-Liturġija bil-Latin. |
Saċerdot Malti li ħadem ħafna favur il-Liturġija - inkluża dik bil-Latin - kien il-mibki Kapuċċin Patri Donat Spiteri. Fl-artiklu ppubblikat madwar 40 sena ilu, Patri Spiteri juri kif permezz tal-Missa dialogata għallem il-lajċi tal-Marsa, b'dawn tal-aħħar jieħdu sehem attiv fil-Quddiesa Tridentina.
Dan seħħ fiż-żmien li Patri Donat kien kappillan tal-parroċċa tat-Trinita' Qaddisa, il-Marsa (bejn l-1958 u l-1967). L-aktar iżda li dan is-saċerdot jibqa' magħruf huwa fil-qasam Bibbliku. Fost l-oħrajn:
Dan seħħ fiż-żmien li Patri Donat kien kappillan tal-parroċċa tat-Trinita' Qaddisa, il-Marsa (bejn l-1958 u l-1967). L-aktar iżda li dan is-saċerdot jibqa' magħruf huwa fil-qasam Bibbliku. Fost l-oħrajn:
- bejn l-1966 u l-1988 kien għalliem u Professur ta’ l-istudji Bibbliċi fil-Fakulta' tat-Teoloġija fl-Universita’ ta’ Malta;
- mal-Prof. Karm Sant u oħrajn waqqaf l-Għaqda Bibblika Maltija li tagħha kien President. L-aqwa opra ta’ din l-Għaqda kienet il-pubblikazzjoni tal-Bibbja bil-Malti;
- kellu sehem kbir fit-twaqqif tad-Dar il-Bibbja fil-Furjana bħala Ċentru Bibbliku;
- kien ukoll awtur ta’ għadd ta’ kotba b’temi teoloġiċi tal-Bibbja fosthom il-Ktieb tas-Salmi, Dizzjunarju Bibbliku – Temi Teoloġiċi, l-Evanġelji ta’ San Mattew u San Luqa, u l-Ktieb tal-Atti tal-Appostli;
- dar il-parroċċi kollha ta’ Malta u Għawdex jagħmel korsijiet Bibbliċi;
- ħareġ Kliem il-Ħajja, ktejjeb ta’għajnuna għall-qari tal-Bibbja u paġna ċkejkna kuljum b’silta mit-test tal-Kotba Mqaddsa.