Wara tibdil fil-Kumitat Eżekuttiv ta' Pro Tridentina (Malta) fil-jiem li għaddew, bi pjaċir inħabbru li t-test tal-ittra li Papa Benedittu XVI kien bagħat lill-Isqfijiet fis-7 ta' Lulju 2007 issa jista' jinqara bil-Malti hawn.
F'din l-ittra l-Papa jispjega lill-Isqfijiet dwar l-għanijiet tal-motu proprio Summorum Pontificum. Huwa jħeġġeġ lill-Isqfijiet biex jilqgħu x-xewqa ta' dawk il-lajċi - ħafna minnhom żgħażagħ - li huma attirati lejn ir-Rit Ruman tal-1962 (tal-Beatu Ġwanni XXIII).
Ħajr lis-Sur Anthony Mangion li qaleb it-test għall-Malti mill-Latin.
No comments:
Post a Comment