Il-Knisja fi kliem Dun Rene' Camilleri
Indikazzjoni ta'
ħsieb modernista li għadu jagħmel ħsara fil-Knisja f'Malta. Dan il-ħsieb
deher ċar fl-attakk riċenti li sar fuq l-Arċisqof Scicluna mill-istess individwu. Fost l-oħrajn, qal hekk:
“Dawn, jiddispjaċini ngħid, qed isibu r-riħ fil-qala b'din it-tip ta'
Knisja antikwata li lkoll konna ħsibna li mietet. Għadu kemm kellna
numru ta’ qassisin żgħar ħafna li saru kanonċi. Dawn huma affarijiet
barra minn żmienhom għalkollox u l-Arċisqof ma jistax jippromovi din
it-tip ta' Knisja. Ngħid 'ma jistax' mhux għax jien għandi xi dritt
nindaħallu kif imexxi, imma għaliex ir-responsabbiltà tiegħu lejn
il-Knisja u lejn dan il-pajjiż żgur titlob prijoritajiet oħra.”
“Pjuttost bħalissa rridu
nxammru biex nissettjaw prijoritajiet pastorali li l-Knisja jagħmluha
iktar dik li qed joħlom Franġisku.”
“Ma niflaħx iżjed nara Knisja li fiha qisni kkundannat biex inkun
dejjem fl-oppożizzjoni. Dan mhux qed ngħidu għalija biss. Meta sena ilu
saret il-kritika li saret għan-nuqqas ta’ tmexxija li kellna fil-Knisja,
żgur li ħlomna u xtaqna xi ħaġa differenti. Għadni qed nistenna biex
niddeċiedi morniex għall-aħjar, għax s'issa mhemm l-ebda sinjal."
Interessanti r-risposta li ngħata mill-Kappillan ta' Kristu Re, Paola li tidher hawn:
No comments:
Post a Comment